United se jibqgħu jħallsu l-pagi tat-3,000 ħaddiem

Manchester-United-ground

Manchester United assiguraw li se jkunu qed iħallsu lit-3,000 ħaddiem tagħhom sal-aħħar tal-istaġun. Dan se jsir anka jekk il-logħob tal-Premier League jintlagħbu wara bibien magħluqa jew jekk jiġu kkanċellati minħaba l-kriżi tal-coronavirus.

Il-pandemija, li fl-Ingilterra saret l-agħar kriżi fil-qasam tas-saħħa għal din l-aħħar ġenerazjoni, s’issa ħalliet mal-10,000 persuna mejta madwar id-dinja. Riżultat ta’ dan il-kompetizzjonijiet tal-futbol madwar l-Ewropa ġew sospiżi. Fosthom hemm il-Premier League, il-Bundesliga, Ligue 1, Serie A u La Liga.

Il-bieraħ tħabbar li l-Premier League se jkun sospiż sat-30 ta’ April. Dan qajjem tħassib fost l-impjegati li jaħdmu fil-grawnds. Iżda United ħabbru li l-ħaddiema tagħhom se jkunu protetti u se jibqgħu jitħallsu.