United jieħdu r-ruħ u jirbħu kontra Chelsea

Manchester United ħadu ftit tar-ruħ u avvanzaw fil-klassifika wara li rebħu bl-iskor ta’ 2-0 kontra Chelsea. It-tim ta’ Frank Lampard tħallew lampa stampa wara li kontinwament id-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-VAR marru kontrihom.

United skurjaw iż-żewġ gowls b’daqqiet ta’ ras ta’ Anthony Martial u Harry Maguire ġewwa Stamford Bridge. Martial skurja ftit qabel ma spiċċat l-ewwel taqsima u Maguire reġa sab il-lasta fis-66 minuta.

Maguire irnexxielu jaħrab karta ħamra wara li xxuttja lil Michy Batshuayi fil groin fl-ewwel taqsima. Chelsea tħassrilhom il-gowl ta’ Kurt Zouma minħabba foul. L-affarijiet għal Chelsea komplew sejrin ħażin meta l-VAR ħassret id-daqqa ta’ ras ta Olivier Giroud fid-76 minuta minħabba li siequ kienet f’pożizzjoni ta’ offside.