United jgħaddu għall-kwarti tal-finali

Manchester United irnexxielhom jgħaddu għall-kwarti tal-finali tal-FA Cup wara li rebħu kontra Derby County bl-iskor ta’ 3-0. United se jkunu qed jilagħbu kontra Norwich.

L-impatt ta’ Wayne Rooney lanqas inħass meta kkumparat ma’ dak ta’ Odion Ighalo. United rebħu l-logħba b’mod komdu u ma tantx kellhom jitħabtu biex jiksbu riżultat pożittiv. Rooney li kien l-aqwa skorer għal United, instema ismu jidwi u jitkanta mall-grawnd kollu. Hu kien viċin li jiskurja darbtejn grazzi għal żewġ free-kicks.

Shaw fetaħ l-iskor fit-33 minuta. Biex umbagħad Ighalo skurja fil-41 minuta u fis-70 minuta.