United jgħaddu bi żbrixx għar-rawnd li jmiss tal-Carabao Cup

Manchester United kellhom jaslu sal-penalties biex setgħu jirbħu kontra l-ġirien tagħhom Rochdale. Din kienet waħda mil-logħob li ntlagħbu bħala parti mill-Carabao Cup li waslet fit-tielet rawnd.

Mason Greenwood poġġa lil United fuq quddiem b’xutt fil-baxx. Iżda ż-żgħażugħ ta’ 16-il sena Luke Matheson sab il-lasta 14-il minuta bogħod minn tmiem il-logħba. It-team ta’ League One ħadu l-logħba għall-penalties.

United se jmorru għand Chelsea għar-raba’ rawnd fit-28 ta’ Ottubru.

Riżultati oħra:

Brighton & Hove Albion 1-3 Aston Villa

Burton Albion 2-0 AFC Bournemouth

Chelsea 7-1 Grimsby Town

Milton Keynes Dons 0-2 Liverpool

Oxford United 4-0 West Ham United

Sheffield United 0-1 Sunderland

Wolverhampton Wanderers 1-1 Reading (4-2 penalties)