United jagħmluha mal-aħħar 32 fl-Europa League

Manchester United kisbu posthom mal-aħħar 32 tim fil-kompetizzjoni tal-Europa League b’rebħa komda kontra Partizan Belgrade.

Mason Greenwood fetaħ l-iskor qabel ma sieħbu Anthony Martial irdoppja l-vantaġġ li diġà kellhom fuq Partizan. Martial irnexxielu jsib il-lasta fl-ewwel taqsima grazzi għal azzjoni personali.

Ftit tal-ħin wara li bdiet it-tieni taqsima, kien Marcus Rashford li għamilhom tlieta wara attakk impressjonanti. United qegħdin fil-quċċata ta’ Grupp L, żewġ punti aktar minn AZ Alkmaar. Huma se jkunu qed jilagħbu kontra Astana fit-28 ta’ Novembru. Astana qegħdin fl-aħħar tal-grupp.

Riżultati oħra:

Grupp A

APOEL Nicosia 2-1 Qarabag FK

F91 Dudelange 2-5 Sevilla

Grupp B

FC Koebenhavn 1-1 Dynamo Kyiv

Lugano 0-0 Mamoe FF

Grupp C

Basel 2-1 Getafe

FC Krasnodar 3-1 Trabzonspor

Grupp D

LASK 4-1 PSV Eindhoven

Roenborg 0-2 Sporting CP

Grupp E

CFR Cluj 1-0 Rennes

Lazio 1-2 Celtic

Grupp F

Standard Liege 2-1 Eintracht Frankfurt

Grupp G

Feyenoord 1-1 Young Boys

Rangers 2-0 FC Porto

Grupp H

RCD Espanyol 6-0 Ludogorets Razgard

Ferencvaros 0-0 CSKA Moscow

Grupp I

Oleksandriya 2-2 Saint Etienne

Wolfsburg 1-3 Gent

Grupp J

Borussia Monchengladbach 2-1 Roma

Wolfsberger AC 0-3 Istanbul Basaksehir

Grupp K

SC Braga 3-1 Besiktas

Wolverhampton Wanderers 1-0 Slovan Bratislava

Grupp L

FC Astana 0-5 AZ Alkmaar

Manchester United 3-0 Partizan Beograd