United ibiddlu l-lukanda minħabba biża’ mill-coronavirus

Manchester United biddlu l-lukanda li s-soltu joqogħdu fiha minħabba biża’ t’infezzjoni tal-coronavirus. Dan ħareġ wara li Rafa Benites flimkien mal-klabb tiegħu li hu Ċiniż, kienu qed joqogħdu fl-istess lukanda l-ġimgħa l-oħra.

It-tim ta’ Ole Gunnar Solskjaer din il-ġimgħa kienu Spanja għal btala qasira. Huma dehru li kienu qed jieħdu kemm jistgħu mit-temp sabiħ u xemxi.

United kellhom joqogħdu ġewwa l-Westin La Quinta Golf Resort and Spa ġewwa Benahavis. Iżda meta kienu mgħarrfa li Benitez u Dalian Yifang kienu f’dik il-lukanda jiem qabel, fittxew lukanda differenti. Riżultat ta’ dan marru fil-lukanda Kempinski, ġewwa Estepona ftit bogħod mil-lukanda oriġinali.