United diġà b’lista ta’ 3 maniġers ġodda minflok Solskjaer?

Rapporti minn gazzetti Ingliżi qed jgħidu li Manchester United diġà għandhom f’moħħhom tliet maniġers oħra li jistgħu jieħdu post Ole Gunnar Solskjaer, għalkemm jidher li se jkunu qed jagħtuh ftit taċ-ċans ieħor qabel jieħdu d-deċiżjoni.

Skont ir-rapporti, il-board ta’ United għadhom qed jagħtu s-sapport tagħhom lil Solskjaer. Anka jekk tilfu kontra Burnley u spiċċaw sitt punti bogħod mir-raba’ post fil-Premier League. L-affarijiet għadhom fiċ-ċans li jinbidlu.

Skont The Daily Star, Ed Woodward u l-bqija tal-board qed jistennew li jirritornaw Paul Pogba, Scott McTominay u Marcus Rashford mill-injuries qabel ma’ jaqgħtu l-kundanna. Skont l-istess gazzetta, jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin għall-agħar, il-board iddeċieda li jipprova jġib lil Mauricio Pochettino, lil Gareth Southgate jew lil julian Nagelsmann minflok Solskjaer.

Pochettino tkeċċa minn xogħolu ma’ Spurs f’Novembru li għadda, ħames xhur biss wara li tilfu l-finali taċ-Champions League, minħabba l-bidu ħażin dan l-istaġun fil-Premier League.

Southgate bħalissa għaddej bil-preparamenti għall-Euro 2020 mat-tim nazzjonali Ingliż. Mindu ħa f’idu t-tim Ingliż, irnexxielu jmexxi lit-tim ‘l quddiem. Taħt it-tmexxija ta’ Southgate, it-tim nazzjonali laħaq is-semi-finali tat-Tazza tad-Dinja li għaddiet u waslu sas-semi-finali tan-Nations League.

Il-maniġer ta’ RB Leipzig Nagelsmann huwa l-aħħar persuna li ssemma fil-lista ta’ tlieta. Il-Ġermaniż għad għandu 32 sena, iżda diġà kiseb reputazzjoni tajba ta’ wieħed mill-aqwa coaches fl-Ewropa.