United bl-ewwel passi biex jestendu l-kuntratt ta’ Matic

Manchester United taw bidu għal klawżola biex testendi l-kuntratt tal-midfielder Nemanja Matic b’sena.

Il-plejer ta’ 31 sena kellu kuntratt ta’ tliet snin. Dan se jkun qed jiskadilu dan is-Sajf. Il-plejer qed jipprova jitkellem mall-klabb biex iżidlu l-kuntratt għal aktar minn sena.

Il-forma li qiegħed fiha Matic bħalissa nkoraġġiet lil United biex jestendulu l-kuntratt sa l-2021. Jidher ukoll li hemm il-possibiltà li s-Serb jagħmel aktar żmien magħhom.

S’issa Matic lagħab f’109 logħbiet għall-klabb ta’ Old Trafford mindu ngħaqad magħhom lura fl-2017. Hu kien telaq lil Chelsea għas-somma ta’ madwar €40 miljun.