Unite with Tomorrowland mill-ġdid għal Malta

Il-festival Unite With Tomorrowland ġej Malta għat-tieni sena konsekuttiva nhar is-Sibt 28 ta’ Lulju. 
Fi stqarrija, l-organizzaturi qalu li l-avveniment se jsir fil-Marsa Sports Grounds.
Malta se tkun qed tingħaqad flimkien mal-Korea t’Isfel, mal-Ġermanja, mat-Tajwan, il-Lebanon, Dubai, Spanja, u l-Iżrael.
Hemm line-up ta’ artisti lokali u internazzjonali ppjanat biex idoqqu live fuq il-Unite Stage f’Malta.
Permezz ta’ konnessjoni bis-satellita, Malta se tkun qed tingħaqad ukoll ma’ Tomorrowland fil-Belġju. B’hekk wieħed se jkun jista’ jgwadi 3 DJ sets mill-headliners tal-Belgium Mainstage.
L-organizzaturi qalu li eluf ta’ nies minn aktar minn 50 pajjiż inġabru għall-avveniment tas-sena l-oħra li sar fil-Marsa wkoll. Irreferew għall-istħarriġ li sar wara l-avveniment li wera kif aktar minn 90% ta’ dawk li ġew qalu li l-avveniment kien wieħed ta’ suċċess u li se jkunu qed jistennew bil-ħerqa għall-edizzjoni li jmiss.
L-organizzaturi saħqu li din is-sena, il-pubbliku jista’ jistenna spettaklu aqwa u aħjar.
Għal aktar dettalji, wieħed jista’ jżur dan is-sit.