Unite with Tomorrowland għaddej bħalissa

Bħalissa għaddej kunċert bl-isem ta’ Unite with Tomorrowland fil-Marsa Sports Grounds, fejn numru ta’ DJs lokali u internazzjonali qed idoqqu fuq il-Unite Stage, u fejn se tintwera wkoll live stream tal-festival ta’ Tomorrowland fil-Belġju.

F’kumment ma’ Newsbook.com.mt, Nigel Camilleri, wieħed mill-koordinaturi ta’ dan l-avveniment, saħaq li kien hemm ħafna nies mal-ftuħ tal-kunċert fis-2pm.

Camilleri żied jgħid li n-nies li qiegħdin hemm se jgawdu 3 DJ sets sets mill-headliners tal-Belgium Mainstage, 4 DJs barranin li ġew Malta biex idoqqu live, u numru ta DJs lokali.

Dawk li qiegħdin fil-Belġju huma Afrojack, Armin Van Buuren, u Dimitri Vegas ma’ Like Mike.

Id-DJs internazzjonali li se jidhru live f’Malta huma Taao Kross, Steve Aoki, Vinai u Nervo.