Uniformi għall-priġunieri f’Kordin; uħud m’għandhomx x’jilbsu

Beda l-proċess sabiex il-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ikollhom uniformi, peress li hemm uħud li m’għandhomx x’jilbsu.

Fil-Parlament, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri spjega li hemm għadd ta’ priġunieri li m’għandhomx x’jilbsu, u għalhekk, il-ħabs irid jagħmel tajjeb għal dan in-nuqqas.

L-uniformi ġiet iddisinjata mill-ħajjata tal-ħabs, u tikkonsisti fi flokk u xorz għas-sajf, u jeans għax-xitwa. Il-materjal huwa tal-qoton ċelesti għas-sajf.

Il-Ministru ta din l-informazzjoni għaliex ġie mistoqsi mid-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami fil-Parlament. Fenech Adami staqsa huwiex minnu li l-uniformi l-ġdida se tkun irrigata, u l-Ministru qal li mhijiex.

Fil-5 ta’ Ġunju, il-priġunieri tħallew jerġgħu jibdew ikollhom żjarat mill-ħbieb u l-qraba tagħhom, wara li għal madwar xahrejn ma kinux permessi żjarat minħabba l-imxija tal-coronavirus.