Uniformi ġdida għall-FAM

Il-Forzi Armati ta’ Malta introduċew uniformi ġdida minflok dik bid-disinn Woodland Camouflage.
L-uniformi l-ġdida ġiet magħmula biex tintlibes fid-diversi ambjenti differenti, kif ukoll fil-klima niexfa bħal dik tal-gżejjer Maltin.
Id-disinn ġdid jintuża wkoll mill-armata Amerikana u Ingliża.
L-uniformi se tintlibes mill-iskwadri kollha tal-FAM minbarra l-iskwadra Marittima li se jżommu l-uniformi blu.