UNICEF tappella biex jiġu mgħejjuna 62 miljun tifel u tifla

Wieħed minn kull għaxart itfal fid-dinja jgħixu f’post fejn hemm il-gwerra, diżastri naturali jew emerġenżi oħra. 
Dan ifisser li b’kollox hawn 230 miljun tifel u tifla li għandhom bżonn l-għajnuna.  
Għalhekk, il-UNICEF qed tagħmel l-ikbar appell tagħha: qed titlob kważi €3 biljuni biex tgħin 62 miljun tfal fil-bżonn.
Madwar €900 miljun se jintużaw għat-tfal Sirjani, fejn il-gwerra ċivili wasslet biex mas-6 miljun tifel u tifla saru rifuġjati. 
Aktar minn miljun kellhom jieqfu  milli jmorru l-iskola.  €500 miljun se jintefqu fl-orfanotrofji li hemm fl-Afrika tal-Punent, fejn hemm l-Ebola kompliet tgħakkes lin-nies, l-aktar it-tfal. 
Fl-Ewropa, il-flus se jmorru għall-Ukraina biex jgħinu liż-żewġ miljun tifel u tifla li rnexxielhom jibqgħu ħajja waqt il-kunflitt.
Skont l-UNICEF, hemm 71 pajjiż fid-dinja fejn it-tfal għandhom bżonn l-għajnuna.