Aġġornata: Iweġġa’ gravi l-Ungeriż li waqa’ żewġ sulari meta kien fuq stejġ

Aġġornata 9.36am
Newsbook.com.mt huwa nfurmat li l-Ungeriż li waqa' għoli ta' madwar żewġ sulari, sofra ġrieħi gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.
Ftit qabel l-inċident, ir-raġel kien qed jistenna fuq stejġ fil-Mosta.

Aktar kmieni:
Ungeriż ta’ 28 sena residenti San Pawl il-Baħar ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li waqa’ mill-għoli.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4.45pm meta r-raġel kien fuq stejġ qrib il-Ġnien Għarusa tal-Mosta fil-limiti tal-Mosta.
Għal xi raġuni r-raġel spiċċa biex waqa’ madwar żewġ sulari.
Fuq il-post waslu l-Pulizija kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku b’ambulanza.
Il-kundizzjoni tal-Ungeriż mhix magħrufa. 

Ritratt: Media Police