Ungeriż il-ħabs wara li daħħal il-kokaina f’Malta

Nemeth Arpad ta’ 37 sena mill-Ungerija ngħata s-sentenza ta’ tmin snin priġunerija u ġie mmultat is-somma ta’ €23,000 wara li nstab ħati li mporta d-droga kokaina f’Malta.
Il-kokaina nstabet f’kapsoli li Arpad kien bela meta wasal Malta minn Madrid.
Huwa kien ġie arrestat fit-18 ta’ Ġunju li għadda.