Ungeriż arrestat f’Malta b’Mandat t’Arrest Ewropew

arrests

Il-pulizija mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali, illum arrestaw raġel Unġeriż ta’ 60 sena. Ir-raġel kien qiegħed jiġi mfittex mill-Awtoritajiet Ungeriżi sabiex jiskonta sentenza ta’ 4 snin ħabs b’rabta ma’ serq aggravat.

Ir-raġel ħarab lill-awtoritajiet Ungeriżi qabel ma’ beda jiskonta s-sentenza. Wara sar magħruf li kien ivvjaġġa lejn Malta. Wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet, il-Pulizija Maltija permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew maħruġ mill-Awtoritajiet Ungeriżi arrestat lir-raġel fl-inħawi tal-Imsida. Huwa mistenni li jitressaq il-Qorti għada biex jibdew il-proċeduri ta’ estradizzjoni.