Una Vita tkompli tinħadem

L-atturi Clara Garrido (Geneveva) u Marc Parejo (Felipe) lura fuq is-sett ta' Una Vita

Nhar it-Tnejn li għadda, fi Spanja, reġgħet bdiet tinħadem is-soap opera Una Vita li bħalissa qed tixxandar fuq il-Canale 5. Il-ġbid ta’ din il-produzzjoni kien ilu wieqaf mit-13 ta’ Marzu.

Biex il-ġbid ta’ din is-sensiela seta’ kompla jinħadem, Boomerang TV li taħdem din il-produzzjoni, addottat bosta miżuri biex tevita li jkun hemm possibbilità li l-coronavirus tkompli tinfirex.

Waħda minn dawn il-miżuri hija li l-ġbid qed isir fuq 3 settijiet differenti, li qed jiġu diżinfettati b’mod regolari. B’hekk huma qed jevitaw li ħafna nies jinġabru fuq sett wieħed. Anki l-iskripts ġew irranġati b’tali mod li mhux se jkun hemm kuntatt fiżiku bejn il-karattri, la sempliċi jmissu ma’ xulxin u wsiq aktar xeni intimi ta’ bews.

Dan apparti li l-atturi qed ikunu ċċekjati għad-deni u bosta sintomi oħra, kif ukoll qed isir mezz li fuq is-sett tinżamm ukoll id-distanza soċjali.