Un Posto al Sole se jieqaf f’April

un posto al sole

Aktar produzzjonijiet televiżivi jkomplu jiġi effettwati mill-contravirus u qed jagħlu s-settijiet b’effett immedjat biex b’hekk jippruvaw iwaqqfu l-imxija tal-virus.

Dawn il-miżuri qed jeffettwaw ukoll is-soap opera Taljana Un Posto al Sole li ilha għaddejja mill-1996 għal total ta aktar minn 5,400 puntata.

Il-ġbid tas-sensiela qiegħed b’madwar xahar ‘il quddiem mill-episodji li jixxandru u għaldaqstant tħabbar li l-aħħar puntata għalissa se tkun qed tixxandar fuq Rai 3 nhar il-Ġimgħa 10 ta’ April.

L-intenzjoni hija li s-sensiela titkompli aktar ‘il quddiem meta s-sitwazzjon i taqa’ lura għan-normal u jkunu jistgħu jaħdmu b’serħan il-moħħ fuq is-sett tas-sensiela.