Umtiti jrid żieda fis-salarju

L-internazzjonali Franċiż Samuel Umtiti jixtieq li l-klabb tiegħu Barcelona ilaħħqu mal-offerta li għamlulu Manchester United ftit tal-ġranet ilu.
Dan qed jagħmlu wara li għadu qed itella’ u jniżżel jekk iġeddidx il-kuntratt tiegħu mal-Katalani wara li r-Red Devils avviċinawh personalment tant illi huma lesti jagħtuh salarju ta’ €6 miljun kull staġun.
Min-naħa tiegħu Umtiti jinsab għal qalbu mal-Blaugrana u dawn tal-aħħar għandhom l-intenzjoni illi jħajruh jiffirma magħhom sas-sena 2024.