Umtiti jġedded il-kuntratt ma’ Barcelona

Id-difensur ċentrali Franċiz Samuel Umtiti ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Barcelona sal-2023.
Il-midja Ingliża rraportat interess min-naħa ta’ Manchester United fl-eks plejer ta’ Olympique Lyonnais iżda l-ftehim il-ġdid bejn Umtiti u Barcelona mistenni jagħlaq għal kollox il-bieb lit-tim immexxi minn Jose Mourinho.
Umtiti laghab 40 logħba, 9 minnhom fi-UEFA Champions League, ma’ Barcelona matul dan l-istaġun u għen lit-tim Spanjol fir-rebħ ta’ La Liga u tal-Copa del Rey.
Il-kuntratt il-ġdid jinkludi żieda drastika fil-klawżola li klabbs rivali jkun obbligati li jħallsu għall-akkwist tad-difensur.