Umdità twassal biex 66 fekruna ma jfaqqsux fl-Għadira – Nature Trust

Arkivji

Read in English.

66 fekruna baqgħu ma faqqsux mill-ewwel bejta fil-bajja tal-Għadira. Dan qalitu l-għaqda Nature Trust – FEE Malta permezz ta’ post fuq Facebook fejn spejgat li minn 83 bajda faqqsu biss 17.

L-għaqda spjegat li l-bejta tneħħiet nhar il-Ġimgħa fil-preżenza ta’ veterinarju u uffiċjali tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex tkun identifikata r-rata ta’ suċċess u l-ammont ta’ bajd li kien hemm. Il-bejta kienet ikklassifikata bħala waħda ta’ suċċess baxx ħafna hekk kif 20.5% tal-bajd biss faqqsu.

Mill-analiżi li saret ħareġ li kien hemm umdità għolja fil-bejta li rriżultat f’moffa li wasslet biex il-maġġoranza tal-bajd ma jfaqqsux.

First Ghadira nest was dug out yesterday morning in presence of vet Dr Gruppetta and ERA officials to assess number of…

Posted by Nature Trust – FEE Malta on Saturday, September 26, 2020