Umbrella, ġersi jew xorts?

Jekk kont bi ħsiebek terfa’ l-umbrella f’xi kaxxun ta’ xi grandenza wara l-jiem xemxin li għaddew aħsibha darbtejn. 
Filwaqt li tista’ tilbes ix-xorts, jaqbillek ukoll iżżomm xi ġersi fil-viċin.
Minkejja li għeluq din il-ġimgħa kien wieħed xemxi jidher li nhar it-Tlieta filgħodu se jkollna xi ħalbiet tax-xita.
Madanakollu, mhux mistennija jdumu ħafna hekk kif il-ġurnata jidher li se taqleb għall-aħjar min-nofsinhar il-quddiem bit-temp xemxi bi ftit sħab.
Il-bqija tal-ġimgħa se tkun qed taqleb minn xemxi, għal ftit imsaħħab u viċi versa.
Min-naħa l-oħra, t-temperatura jidher li ħa tibqa’ kemmxejn stabbli bl-ogħla għas-sebat ijiem li ġejjin tkun dik ta’ 26 grad u l-inqas dik ta’ 17-il grad.