“Umani se jkompli jkun il-qalb ta’ dak li jħossu n-nies” – Maria Muscat

Kif diġá kien tħabbar il-programm Umani se jerġà jibda jixxandar minn Jannar li ġej, kull nhar ta’ Sibt, fuq TVM.

Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq l-istaġun il-ġdid u l-appell ta’ Maria Muscat, li tipproduċi u tippreżenta dan il-programm huwa biex dawk li għandhom xi storja ta’ kuraġġ, fejn minkejja t-tbatija il-persuna baqgħet temmen fiha nfisha, għandu jikkuntattjaha permezz ta’ messaġġ privat permezz tal-paġna tagħha fuq facebook, billi jagħfas dan il-link.

“Nwegħdkom li UMANI se jkompli jkun il-qalb ta’ dak li jħossu n-nies,” temmet tgħid Maria Muscat fil-messaġġ tagħha.

Umani, fuq TVM, kull nhar ta’ Sibt, min Jannar, wara Sibtek.