Ultimatum ta’ 24 siegħa għall-militanti fil-Libja

L-eserċtu Libjan ta ultimatum ta’ 24 siegħa lill-militanti għandhom għeruq Iżlamiċi, biex jirtiraw immedjatament minn Tripli.
F’mesasġġ lill-brigati ta’ Miżurata li qed imexxu l-koalizzjoni Alba fil-kapitali Libjana, l-eżerċitu qal li “jekk il-militanti ma jobdux, se jinqerdu”.
Intant dalgħodu reġa’ ġie attakkat l-ajruport ta’ Mitiga, l-unika wieħed li għadu jaħdem minn u għal Tripli.