​Ulied nies b’mard serju jesprimu lilhom infushom bl-arti

Tfal minn familji milquta minn mard serju, nisa li għaddew minn vjolenza domestika u persuni li qegħdin jirċievu trattament fl-isptar Monte Karmeli huma wħud mill-benefiċċjarji tal-edizzjoni tal-2017 tal-Premju tal-President għall-Kreattività.
Fi stqarrija, il-Kunsill Malti għall-Arti spjega li l-proġetti kienu jinkludu filmati minn persuni b’diżabilità u ġabra ta’ kitba kreattiva minn immigranti.
Permezz ta’ dan il-Premju, 11-il-proġett se jirċievu madwar €100,000. Il-benefiċċjarji tħabbru matul ċerimonja ta’ premjazzjoni li saret fil-Palazz ta’ San Anton.
Il-Kunsill saħaq li l-Premju jsir bil-għan li, fl-ogħla livell tal-istat, jindirizza, jagħti  rikonoxximent u appoġġ lill-organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet, speċjalment dawk immirati lejn il-ħtiġijiet soċjali u l-kwalità ta’ ħajja tal-komunitajiet u tas-setturi l-iktar vulnerabbli.
Ritratti: ACM
Biex tara l-lista sħiħa tal-proġetti li saru, agħfas hawn: