Ulied Mubarak ukoll se jinħelsu mill-ħabs

Iż-żewġ ulied tal-eks President Eġizzjan Hosni Mubarak se jkunu qed jinħelsu mill-ħabs.
Dan wara li Qorti fl-Eġittu ordnat il-ħelsien tagħhom, wara li sentenza ġiet annullata wara appell.
Anke din id-darba, il-Qorti qatgħetha li l-proċeduri legali f’dan il-każ ma ġewx segwiti kif suppost.
Iktar kmieni dan ix-xahar, il-Qorti Eġizzjana ddeċidiet li anke fil-konfront ta’ Hosni Mubarak, ma kienux ġew segwiti l-proċeduri legali kif suppost, u għalhekk l-eks President kellu jinħeles mill-ħabs peress li dan kien l-aħħar każ li kellu.
Madankollu Mubarak għadu fl-isptar militari fejn kien qed jiskonta s-sentenza tiegħu.