Ritratti: Ulied Daphne joffru weraq mill-ġnien tagħha

Ulied il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia offrew numru ta’ weraq tar-rand mill-ġnien ta’ ommhom, lil dawk li marru jikkampjaw quddiem Kastilja biex iwasslu messaġġ.
Waqt li kienet għaddejja l-attività #OccupyJustice, ulied Caruana Galizia bagħtu wkoll messaġġ flimkien mal-weraq. Spjegaw li l-weraq tar-rand huwa simbolu tal-qlubija, tas-saħħa, u tar-rebħ.
Huma rringrazzjaw lil dawk li attendew l-attività u wegħduhom l-appoġġ tagħhom. Bħala apprezzament xtraw l-ikel għal dawk preżenti.