Ukreni armati daħlu u ħadu f’idejhom għassa tal-pulizija u bini tas-servizzi tas-sigurtà fix-Xlokk tal-Ukraina.
Il-pulizija qalu li l-irġiel sparaw tiri u ħadu l-kontroll tal-uffiċini li jinsabu qrib il-fruntiera Russa. Demostranti favur ir-Russja għamlu wkoll barrikati barra l-għassa tal-pulizija.
Il-Ministeru tal-Intern tal-Ukraina sejjħilhom ‘terroristi’. Wiegħed li se jkun qed jitratta l-każ, iżda spjega li dan jista’ jkun diffiċli għax hemm differenza bejn demostranti u terroristi.