Ukrajna – Imblukkati f’darhom b’ħajt tas-silġ

Ix-xitwa kiefra qed tkompli taħkem bosta pajjiżi. Fir-Russja u l-Ukrajna, il-kesħa kbira qed tkompli tiddomina, bit-temperatura saħansitra tinżel għal 15 il-grad taħt iz-zero.
Dan il-filmat huwa eżempju tal-assedju tal-kesħa li qed jaħkem l-Ukrajna: familja maqbuda f’darha minħabba ħajt tas-silġ għoli iktar minn żewġ metri li imblokka l-bibien u t-twieqi. Sfida kbira biex joħorġu minn hemm ġew. Imma kif jixhed id-daħk fl-isfond għat-tfal din hi avventura li żgur mhux se jinsewha malajr!

http://flv.kataweb.it/player/v4/player/player_v1a.swf