Ukraina: Iqattgħu il-lejl fil-pjazza minkejja l-ftehim

Eluf ta’ dimostranti baqgħu fil-pjazza ewlenija ta’ Kiev minkejja li ntlaħaq ftehim bil-għan li jwaqqaf il-kriżi politika fl-Ukraina.

Għexieren ta’ persuni mietu waqt l-iskontri vjolenti li ddominaw Kiev fl-aħħar jiem.

Skont dan il-ftehim, li ġie ffirmat il-Ġimgħa bejn il-President Ukren Viktor Yanukovych u l-Oppożizzjoni, se jiġi ffurmat gvern ta’ unità li se jwassal għall-elezzjoni presidenzjali ġdida.

Madankollu ħafna mid-dimostranti ma jemmnux li l-President Yanukovych jista’ jiġi afdat.

Il-President tal-Istati Uniti u dak Russu diġà qablu bejniethom li dan il-ftehim għandu jitwettaq mill-aktar fis. 

Ħalli l-kumment tiegħek b'ismek u kunjomok hawn.