Ukraina: Ġlied għall-kontroll tal-ajruport ta’ Donetsk

Fl-Ukraina, l-ġlied reġa’ intensifika hekk kif ribelli favur ir-Russja qed jippruvaw jieħdu l-kontroll tal-ajruport ta’ Donetsk.
Mill-inqas sitt persuni nqatlu kawża ta’ splużjonijiet u sparar madwar l-inħawi tal-ajruport.
Dan minkejja li kien hemm xhur ta’ waqfien mill-ġlied wara diversi xhur oħra ta’ ġlied.
Laqgħa li kellha ssir nhar il-Ġimgħa bejn rappreżentanti Ukreni u Russi ma saritx.
Jingħad li l-istess laqgħa kienet kruċjali biex iż-żewġ naħat ikomplu josservaw il-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied.