Ukraina: Aktar minn żewġ biljun ewro għall-armata

Il-President Ukren Petro Poroshenko ħabbar li madwar €2,265,400,000 se jitnefqu fuq l-armata wara li l-ġlieda kontra r-ribelli Russi swiet ammont kbir ta’ flus.
Poroshenko ħabbar dan qabel il-parata militari li se ssir f’jum l-indipendenza fil-belt kapitali ta’ Kjev.
Il-ġlied għadu ma waqafx fil-Lvant tal-Ukraina, fejn fl-aħħar xhur inqatlu madwar 2,000 persuna.
Il-belt ta’ Donetsk kienet fil-mira ta’ ħafna attakki, b’thedida kontinwa fuq il-pajjiż temm jgħid Poroshenko.