Ukraina: 36 persuna jinqatlu kuljum

Min-nofs April li għadda sa issa, jiġifieri minn meta beda l-ġlied fl-Ukraina, tilfu ħajjithom madwar 2,220 persuna.
1,200 minnhom inqatlu fl-aħħar xahar.  Dawn iċ-ċifri ġew ippubblikati min-Nazzjonijiet Maqgħuda f’rapport ippreżentat lill-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem.
Skont dan ir-rapport, bejn is-16 ta’ Lulju u s-17 ta’ Awwissu mietu 1,200 ruħ u weġġgħu 3,250 persuna, b’medja ta’ 36 persuna mejta kuljum u 98 persuna mweġġa'.
Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel qed tistaqsi lil President Russu Vladimir Putin għaliex qed jiġi rrappurtat li suldati Russi daħlu fix-xlokk tal-Ukraina.
L-Ukraina qed tgħid li l-qawwiet Russi qasmu l-fruntiera u qed jgħinu lir-ribelli waqtl-attakki.
Id-Dipartiment għall-Istat Amerikan qal li għandu suspett li bħalissa qed jiġi mħejjija bil-moħbi, attakk mir-Russi.
Imma għal darb’oħra r-Russja ċaħdet li qed tgħin lir-ribelli.
Ilbieraħ, is-sindku tal-port Ukren Novoazovsk qal li fil-belt daħlu tankijiet u karozzi Russi tal-gwerra.