UĦM: Mhux aċċettabbli li ħaddiema tal-Enemalta jaċċettaw paga iktar baxxa

Il-Union Ħaddiema Maqgħudin qed issostni li l-ebda ħaddiem fl-Enemalta ma għandu jitnaqqaslu t-take home pay tiegħu anke jekk dan ikun bi ftehim ma unjin oħra.
It-Taqsima Manifattura u Kummerċ tal-UHM qalet li tat direttiva lill-numru ta’ ħaddiema f’Għawdex sabiex ma jiġux trasferiti għad-detriment tad-dħul finanzjarju tagħhom.
Intqal li azzjoni bħal din mhijiex aċċettabbli għall-UĦM għax il-ħaddiema tal-Enemalta għandhom dinjità u jixraqilhom trattament ferm aħjar.
Sostniet li dan mhux l-ewwel kaz fejn it-tmexxija tal-Enemalta avviċinat ħaddiema sabiex jiġu trasferiti f’xogħol bi dħul inferjuri.