Uffiċjalment inbidlu xi numri tad-djar

Bibien fi Triq Ferdinand Stuflesser II u Triq il-Kan. Karm Buġelli f’Birżebbuġa, il-bibien fi Triq it-Tilliera Ħal Għaxaq u Triq il-Bajtar f’Marsaskala inbidlulhom in-numru. Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali qed tavża lir-residenti affettwati biex ineħħu n-numru l-antik u jwaħħlu l-ġdid skont il-liġi, iġifieri sa għaxart ijiem mit-2 ta’ Awwissu, 2019

L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-2 ta’ Awwissu 2019, u jidher ukoll fil-websajt tal-www.electoral.gov.mt taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.