Uffiċjali ta’ Vitals Global Healthcare fil-lista tad-donaturi tal-organi

Numru ta’ uffiċjali ta’ Vitals Global Healthcare irreġistraw bħala donaturi tal-organi issa li r-Reġistru Nazzjonali tad-Donaturi tal-Orgasni tnieda uffiċjalment.
L-applikazzjoni, li wieħed jista’ jniżżel mis-sit internet www.organdonation.gov.mt tieħu ftit ħin biex timtela u tista’ ssalva u ttejjeb il-ħajjiet.
L-Att jgħid li kwalunkwe persuna li għandha sittax-il sena u iktar, tista’ tirreġistra x-xewqa tagħha biex tgħaddi jew le l-organi tagħha lil ħaddieħor wara l-mewt tagħha.  
Barranin li jgħixu f’Malta ukoll jistgħu jirreġistraw.
Il-Kap tal-Operat fi ħdan Vitals Global Healthcare, Eric Buehrens, spjega li kull donazzjoni għandha l-potenzjal issalva sa tmien ħajjiet, waqt li potenzjalment ittejjeb il-ħajja ta’ ħafna nies, sa ħamsin persuna.