Uffiċjali ta’ Human Rights Watch ma ngħatawx il-permess li jidħlu fil-Kajr

Id-Direttur Eżekutiiv ta’ Human Rights Watch Kenneth Roth u l-uffiċjal għoli Sarah Leah Whitson ma ngħatawx il-permess li jidħlu fil-Kajr fl-Eġittu.
Huma kienu se jippubblikaw ir-rapport dwar l-irvellijiet li seħħew is-sena li għaddiet.
Mijiet ta’ persuni nqatlu fl-14 ta’ Awwissu tal-2013 wara li uffiċjali ta’ sigurtà ferrqu lid-dimostranti li kienu qed jipprotestaw kontra l-President Mohammed Morsi.
Human Rights Watch hija waħda mill-għaqdiet li jaħdmu għad-drittijiet tal-bniedem li qed juru tħassib bil-mod kif qed jimxu l-Awtoritajiet Eġizzjani wara li l-armata neħħiet lil Morsi mill-poter f’Lulju tas-sena li għaddiet.