Uffiċjali: Santa Klaws jinsab sigur mill-Covid-19

Read in English.

L-iktar aħbar importanti li waslet illum ingħatat mill-espert mediku dwar il-coronavirus Dr Anthony Fauci. Fauci mhux l-ewwel darba li wera d-disaprovazzjoni tiegħu għal Trump dwar il-mod kif tratta l-pandemija tal-Covid-19.

Fauci kien mistieden fuq il-programm Sesame Street; programm edukattiv għat-tfal. Matul dan il-programm it-tfal esprimew il-biża’ tagħhom li Santa Klaws ma jkunx jista’ jżurhom u jħalli r-rigali tiegħu minħabba l-coronavirus.

Fauci min-naħa tiegħu serħilhom moħħhom li huwa ħa ħsieb kollox. Huwa żvela li aktar kmieni din is-sena mar f’missjoni sigrieta fin-North Pole u ħa ħsieb lil Santa Klaws hu. Huwa ħeġġeġ lit-tfal biex jippreparaw il-mince pie fejn is-siġra tal-Milied għax Santa Klaws se jmur iżurhom.