Uffiċjali minn 21 pajjiż jiltaqgħu dwar l-isforzi kontra l-Istat Iżlamiku

Uffiċjali għolja minn 21 pajjiż qed jiltaqgħu f’Londra llum biex jiddiskutu l-isforzi li qed isiru kontra l-Istat Iżlamiku fis-Sirja u fl-Iraq.
Fost l-uffiċjali għolja hemm is-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry u l-Prim Ministru Iraqi Haider al-Abadi.
Fost il-punti li se jiġu diskussi hemm kif se jitrażżnu r-rekluti u l-flus li qed jaslu għand l-Istat Iżlamiku u kif il-pajjiżi li ffurmaw koalizzjoni kontra l-militanti jistgħu jwasslu iktar għajnuna militari u umanitarja fil-post.
Il-laqgħa saret wara pressjoni li żdiedet fuq il-koalizzjoni internazzjonali, b’mod speċjali wara l-attakki fi Franza.