Uffiċjali militari b’pożizzjonijiet importanti fil-kabinett il-ġdid taż-Żimbabwe

Il-President il-ġdid taż-Żimbabwe, Emmerson Mnangagwa, għażel il-kabinett tiegħu, b’uffiċjali tal-armata jieħdu l-iżjed pożizzjonijiet importanti.
L-istess Ġeneral, li ħmistax ilu deher fuq it-televiżjoni tal-istat jgħid li l-armata ħadet il-pajjiż f’idejha, inħatar Ministru għall-Affarijiet Barranin.
Anke l-Kmandant tal-qawwa tal-ajru nħatar Ministru għall-Agrikoltura.
Emmerson Mnangagwa ħa l-ġurament il-ġimgħa li għaddiet wara li rritorna fil-pajjiż.
Huwa kien id-Deputat President fi żmien Robert Mugabe li spiċċa biex neħħih bil-għan li tkun il-mara tiegħu, Grace Mugabe li ssir President warajh.
Dan wassal għal rabja kbira fil-pajjiż, bl-armata tieħu f’idha l-kontroll tal-istat u żżomm lil Mugabe arrestat f’daru sakemm irriżenja.
Mugabe, li għandu 92 sena, kien ilu 37 sena fil-poter.