Uffiċjali Maltin fl-Albanija għar-Refereeing Assistance Programme

Adrian Casha, Victor Mintoff u Ronald Zammit bħalissa qed jattendu għal kors ta’ erbat ijiem fir-Refereeing Assistance Programme (RAP), fil-lukanda Sheraton f’Tirana, fl-Albanija.
Il-korsijiet tar-RAP isiru darba fis-sena bis-sehem tal-FIFA u l-UEFA biex iħarreġ lill-ogħla referis Ewropej, jaġġornawhom u jgħallmuhom bl-aktar mod effettiv dwar il-konsistenza fuq dak li jiġi mgħallem lill-uffiċjali tal-logħob u l-osservaturi tar-referis fl-Ewropa.
Dawn il-korsijiet jinkludu sessjonijiet prattiċi fuq il-piċċ u diskussjonijiet fi gruppi żgħar.
Il-kors ta’ din is-sena mil-lat tekniku jiffoka fuq il-metodi moderni ta’ tagħlim, l-offside, kif tidentifika opportunità ovja ta’ gowl, challenges, u handball.
Il-kors ta’ din is-sena għall-fitness instructors jinkludi l-prevenzjoni mill-uġigħ u monitoraġġ tal-livell tal-fitness tal-uffiċjali tal-logħob.