Uffiċjali – Hughes jitkeċċa minn kowċ ta’ Stoke

Ħarġet uffiċjali t-tkeċċija ta’ Mark Hughes minn kowċ ta’ Stoke City wara sensiela ta’ riżultati negattivi fil-kampjonat.
Din ix-xniegħa li issa saret realta’ kienet ilha tinħema u kienet konfermata matul il-ġurnata tal-Ħadd wara nofsinhar.
Id-diriġenti tal-Potters qed jaħsbu f’żewġ ismijiet partikolari li jistgħu jinħatru minfloku hekk kif l-ismijiet tal-manager ta’ Derby County Gary Rowett u l-kowċ tat-tim nazzjonali tar-Repubblika Irlandiża Martin O’Neil qed jidwu mal-kurituri tal-Bet 365 Stadium.
Hughes kien ilu jmexxi lil Stoke City ħames snin. Il-klabb irringrazzjah tas-servizz illi ta u awguralu għall-futur.