Uffiċjali għolja ta’ Huawei mill-Ewropa se jiltaqgħu f’Malta

Fi tmiem il-ġimgħa d-ditta Huawei se tlaqqa’ f’Malta lill-uffiċjali għolja tagħha mill-Ewropa kollha.
Is-Segretarju Parlamentari Jose Herrera qal li f’Malta se jasal ukoll il-President tal-Huawei Western European Region li se jkollu laqgħat mal-Gvern Malti.
Fakkar li f’Lulju, il-kumpanija ta’ prodotti elettroniċi ffirmat ftehim mal-Gvern Malti dwar ħidma u kollaborazzjoni f’diversi oqsma.
Huawei fetħet fl-Ewropa fl-2003 b’200 ħaddiem. Illum tħaddem mal-10,000 persuna fi 18-il ċentru differenti ta’ riċerka.
Herrera qal li l-interess tal-kumpanija f’Malta hu xhieda ta’ pajjiż li jista’ jsir hub tal-ICT bħalma diġà hu għas-servizzi finanzjarji u l-gaming