Uffiċjali – Coutinho ma’ Barcelona

Wara xhur ta’ spekulazzjonijiet u xnigħat sa fl-aħħar Liverpool ikkonfermaw illi l-plejer Philippe Coutinho ħalla l-klabb sabiex ingħaqad ma’ Barcelona għas-somma ta’ €160 miljun.
Matul il-ġurnata tal-lum, il-plejer mistenni jasal fil-belt Katalana sabiex jiffirma dan il-kuntratt filwaqt illi jagħmel test mediku.
Fl-ewwel kummenti tiegħu, il-plejer Brażiljan kien kuntent b’dan il-pass u jinsab ferm eċitat illi se jilgħab ma’ Lionel Messi.
F’dan it-trasferiment apparti Liverpool se jaqilgħu wkoll xi ħaġa żewġ klabbs oħra fil-passat tal-plejer iġifieri Inter u Vasco da Gama.
Dawn tal-aħħar ser jirċievu € 3.5 miljun wara li kienu huma illi ntroduċew lil dan il-plejer fl-ewwel passi tiegħu f’livell professjonali.