​Uffiċjal tal-Istati Uniti jgħid li aġenzija ma tilfitx immigranti tfal

Aktar minn 1,500 immigranti tfal li daħlu fl-Istati Uniti mingħajr adulti mhumiex mitlufin, skont ix-xhieda fis-Senat minn uffiċjal tal-amministrazzjoni f’April fi kliem uffiċjal tas-Servizzi tas-Saħħa u tal-Bniedem tal-Istati Uniti (HHS).
Skont ir-Reuters, id-Deputat Segretarju tal-HHS Eric Hargan ħareġ stqarrija li fiha qal li l-Uffiċċju tar-Rilokazzjoni tar-Refuġjati pprova jistħarreġ dwar il-ħelsien tal-immigranti tfal fl-2016 billi kkuntattjaw lill-familji tagħhom, mossa li fi kliemu mhix waħda mir-rekwiżiti tad-dipartiment.
Fl-aħħar jiem qamet ħafna rabja fil-midja soċjali wara li ħarġu rapporti li l-HHS tilfet 1,475 tifel u tifla li kienu qasmu mill-Messiku għall-Istati Uniti b’mod illegali fuq perjodu ta’ tliet xhur fl-2017.