Aġġornata: Uffiċjal korrettiv agredita minn priġuniera

Uffiċjal Korrettiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, aktar kmieni llum sfat aggredita minn priġuniera.

Dan seħħ waqt li kienet qed issirilha tfittxija.

L-Uffiċjal sofriet ġriehi minuri u mill-ewwel ittieħdet il-polyclinic għal xi osservazzjonijiet meħtieġa.

L-Amministrazzjoni tal-Faċilità ħadet il-passi neċessarji kollha billi infurmat lill-pulizija tad-distrett bil-każ biex jittieħdu l-passi kriminali meħtieġa kontra l-priġuniera.

Il-priġuniera mistennija titressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.