Uffiċjal għoli mill-Korea ta’ Fuq se jżur il-Korea t’Isfel

Il-Korea ta’ Fuq se tibgħat wieħed mill-ogħla uffiċjali tal-pajjiż lejn il-Korea t’Isfel wara bosta snin.
Skont il-midja internazzjonali, Kim Yong-nam, il-Kap Ċerimonjali tal-Istat se jkun qed imexxi delegazzjoni magħmula minn 22 persuna lejn il-Korea t’Isfel fi żjara li tibda nhar il-ġimgħa.
Waqt l-Olimpjadi tax-Xitwa, li din is-sena se jsiru fil-Korea t’Isfel, l-atleti taż-żewġ pajjiżi mistennija jimxu taħt bandiera waħda fiċ-ċerimonja tal-ftuħ. Ħafna qed iqisu l-parteċipazzjoni tal-Korea ta’ Fuq fl-Olimpjadi bħala manuvra diplomatika.
Kim Yong-nam huwa l-Kap tal-Parlament fil-Korea ta’ Fuq. Uffiċjali mill-Korea t’Isfel qalu mal-BBC li jemmnu li dan il-ġest qed juri r-rieda tal-pajjiż dittatorjali biex isaħħaħ ir-relazzjonijiet tiegħu mal-Korea t’Isfel.