Uffiċjal Franċiż imut mewta ta’ eroj; salva ostaġġ

Uffiċċjal tal-Pulizija Franċiż, li lbieraħ ħa post ostaġġ f’ħanut tal-merċa waqt attakk terroristiku, miet illum.
Skont il-President Franċiż, Emmannuel Macron, Arnaud Beltrame, il-Pulizija ta’ 45 sena miet bħala eroj u wera kuraġġ eċċezzjonali.
L-agressur ta’ 25 sena, li wettaq l-attakk f’isem l-Islam inqatel fuq il-post mill-Pulizija. Liema att irnexxielu jtemm l-attakk terroristiku.
Il-Ministru għall-Intern, Gérard Collomb qal li Franza qatt mhi se tinsa l-att ta’ eroiżmu u s-sagrifiċju li għamel l-uffiċjal.