Uffiċini ġodda għal 12-il Kunsill Lokali

Nhar il-Ġimgħa li għadda tnedew l-uffiċini l-ġodda tar-reġjun Tramuntana, li jgħaqqad fi ħdanu 12-il Kunsill Lokali u 40% tal-medda ġeografika ta’ Malta.
Waqt it-tnedija tal-uffiċini, is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo tkellem fuq ir-riformi li bħalissa għaddejjin fil-qasam tal-gvern lokali. Fosthom, hemm żewġ rapporti li ġew ikkummissjonati mill-Kunsill Ewropew kif ukoll mill-MIMCOL.
Stefan Buontempo sostna li dawn ir-riformi se jwasslu biex il-Kunsilli Lokali jkunu iktar effiċjeti, iktar effettivi u iktar viċin in-nies.
Is-Segretarju Parlamentari żied jgħid li din il-ħidma bdiet biex iktar Kunsilli Lokali jieħdu l-massimu minn proġetti operattivi ta’ fondi Ewropej, fondi li jistgħu jgħinu b’mod qawwi lill-Kunsilli Lokali biex ikomplu jinvestu fil-lokalitajiet tagħhom.
Sostna li l-Gvern se jkompli jagħti għajnuna lill-kunsilli lokali permezz ta’ miljun ewro kull sena, li bihom jistgħu jiġu implimentati proġetti kapitali fil-lokalitajiet tagħhom.

Ritratt: DOI – Pierre Sammut