Uffiċċju ġdid tal-NSO f’Għawdex

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fetaħ fergħa ġdida fir-Rabat Għawdex, bil-għan li tibda tiġi provduta statistika reġjonali.
Fil-ġbir ta’ din l-istatistika se tingħata attenzjoni għal attività  partikolari f’Għawdex u Kemmuna.
Dan l-uffiċċju se jkun qed jitħaddem minn maniġer flimkien ma’ ħames impjegati oħra.
L-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu fi stqarrija qalet li permezz tal-fatti u l-figuri, se jkun possibbli li jiġu identifikati, analizzati u mtejba oqsma ekonomiċi u soċjali partikolari.